エピソード

  • IL-ĦASS MAL-BASSELS 2: Min Hu L-Essħown, Opinjonijiet Impopolari, Trolley Problems
    2025/12/13

    Kurt u Sarah jerġgħu jimmassimizzaw l-islayyaġni konġunta tagħhom f'kamra qalb Brussell sabiex flimkien jiddiskutu assolutament xejn. Allura jerħulha għal fuq Reddit sabiex jagħtu parir dwar okkorrenzi ta' ħaddieħor li ħadd ma talab parir imġiddem dwarhom.


    Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

    Logo: Félix (IG @felix.afc)

    続きを読む 一部表示
    1 時間 5 分
  • IL-ĦASS MAL-BASSELS: Ir-Ritorn Trijonfali dirett minn Brussell
    2025/12/01

    Il-Ħass Mal-Bass jerġa’ lura għal episodju speċjali miġjub lilkom minn qalb Brass Eels u l-crack huwa aqwa minn qatt qabel. Kurt u Sarah jaqsmu brudatini li ilhom ibaqbqu għal xi żmien, filwaqt li jirriflettu fuq l-aktar aġġornament riċenti u pertinenti f’ħajjithom.


    Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

    Logo: Félix (IG @felix.afc)

    続きを読む 一部表示
    1 時間 6 分
  • S2E18: Dating Apps, Ħbiberiji Diġitali, u Ħiliet Soċjali
    2024/09/10

    Fl-episodju tal-lum nieħdu spunt minn brudatina li rċevejna mill-udjenza u nittrasformawha f’sessjoni taħraq tal-Qaħbarijiet. Kemm hu tal-bruda li tuża dating apps u tiltaqa’ mal-maħbubinu tiegħek online? L-ispazju diġitali qiegħed inaqqar mill-kapaċità tagħna ninteraġixxu wiċċ imb wiċċ?


    Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

    Logo: Félix (IG @felix.afc)

    Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

    続きを読む 一部表示
    1 時間 13 分
  • S2E17: X'Jiġifieri Tkun Taf Tuża Lingwa "Sew"?
    2024/09/03

    'Il fuq minn 40 episodju wara, illum fuq il-ĦMB nerġgħu niddedikaw it-tema ewlenija għas-suġġett inawgurali tal-poddata, jiġifieri l-lingwa Maltija u l-imġiba kultant bażwija tagħna fil-konfront tagħha. U nerġgħu nittantaw xortina b'segment tal-ftuħ miġbud live!


    Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

    Logo: Félix (IG @felix.afc)

    Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

    続きを読む 一部表示
    1 時間 13 分
  • S2E16: Video Games għal Video Gays – u ĦMB Live?
    2024/08/27

    Lana del Rey veru kellha raġun meta ħarġet Video Games, u fl-episodju tal-lum huwa eżatt hekk li niddiskutu – minn logħob li kbirna bih fi tfulitna, għal-logħob li għadu jġegħilna nfaqqgħu ċ-ċenteżmi fil-but fuq Steam. UUUU, brudatina speċjali rrekordjata live quddiem udjenza spettakolari ta' 8 vittmi!


    Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

    Logo: Félix (IG @felix.afc)

    Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

    続きを読む 一部表示
    1 時間 5 分
  • S2E15: L-Oġġettifikazzjoni... u Kliem Ieħor Diffiċli
    2024/08/19

    Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jitkellmu dwar kif huma stess jitkellmu dwar ħaddieħor, meta d-diskussjoni tieħu dawra kemxejn pikkanti. Kif inkunu rispettużi meta ngħidu li xi ħadd mazza jew tal-gdim, u xi jħoll u jorbot jekk diskors huwiex rispettuż jew le?


    Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

    Logo: Félix (IG @felix.afc)

    Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

    続きを読む 一部表示
    1 時間 9 分
  • S2E14: Il-Konfessjonijiet Imbarazzanti Tagħna Lkoll
    2024/08/13

    F'dan l-episodju, Kurt u Sarah jaqraw u jiddiskutu l-konfessjonijiet anonimi li bgħattulna u jisfidaw il-limit ta' x'inhu wisq TMI u x'mhuwiex. Jikkwistjonaw ukoll il-volum esaġerat tal-mużika fil-gyms, u għalfejn tant ristoranti jinsistu li jservulek butir mal-ħobż li qisu blokka silġ.


    Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

    Logo: Félix (IG @felix.afc)

    Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

    続きを読む 一部表示
    53 分
  • S2E13: Xi Jqabbadkom Bruda? (Brudatina Special)
    2024/08/06

    L-episodju tal-lum huwa miġjub minnkom l-udjenza, fejn insiru nafu aħjar xi jqabbadkom bruda u lmenti oħrajn li qed iberrnu f'raskom. Naqraw il-brudatini li bgħattulna, filwaqt li nħawru l-konverżazzjoni bi ftit brudatini tagħna stess.


    Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

    Logo: Félix (IG @felix.afc)

    Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)


    続きを読む 一部表示
    54 分